Aqbeż għall-kontentut

Supereroj: Differenza bejn il-verżjonijiet

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Content deleted Content added
m robot Modifying: th:Super heroes
Linja 39: Linja 39:
[[sr:Суперхерој]]
[[sr:Суперхерој]]
[[sv:Superhjälte]]
[[sv:Superhjälte]]
[[th:ซูเปอร์ฮีโร]]
[[th:Super heroes]]
[[zh:超级英雄]]
[[zh:超级英雄]]

Reviżjoni ta' 22:29, 9 Marzu 2007

Stampa:Alex Ross Superman Batman Posters.jpg
Superman (xellug) u Batman, tnejn mill-iktar supereroj magħrufa u influwenti. Xogħol ta' Alex Ross.

Supereroj huwa karattru fittizju li hu msemmi għall-għemejjel kuraġġużi u nobbli li jwettaq. Dan il-personaġġ, li jkollu kważi dejjem isem u kostum ikkuluriti, iħaddan abbiltajiet li jisbqu 'l dawk normali tal-bnedmin.

Superman (is-super-raġel), il-karattru tal-komiks (imma wkoll tal-films, tal-kartuns, tat-teleserjejiet u tal-vidjo-loghob) li ddebutta fl-1938, huwa l-prototip tas-supereroj.


Lejn definizzjoni

Id-dizzjunarji lis-supereroj jarawh hekk:

  • Persunaġġ erojku b'missjoni diżinteressata li twassal għat-tajjeb tas-soċjetà.
  • Min għandu super-poteri, teknoloġija avvanzata ferm, ħiliet mistiċi jew fiżiċi u/jew mentali żviluppati ħafna.
  • Min għandu super-identità, kostum li joħloq ikona madwaru, u poteri (li jippermettu trasformazzjoni minn persuna bħal kulħadd f'supereroj).
  • Hu ġeneralment distint, ċoè jintgħażel mill-kumplament tal-persunaġġi li nsibu f'ġeneri oħrajn bħall-fantaxjenza.

Tipikament is-supereroj ikollhom żewġ identitajiet: dik ta' supereroj li jaf bih kulħadd (li tinżamm mistura) u l-oħra ta' bniedem komuni li jafuh ftit nies.