Aqbeż għall-kontentut

Phil Jones

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Din hija reviżjoni antika ta' din il-paġna, hekk kif ġiet modifikata minn Chrisportelli (diskussjoni | kontribuzzjonijiet) nhar 16:30, 24 Settembru 2021. Din tista' tvarja mir-reviżjoni attwali.
(diff) ←Reviżjoni eqdem | Ara l-verżjoni attwali (diff) | Reviżjoni iġded→ (diff)
Phil Jones
Informazzjoni personali
Isem sħiħPhilip Anthony Jones
Twelid21 ta' Frar 1992 (1992-02-21) (32 sena)
PrestonIngilterra
Tul1.80 m
RwolDifensur
Informazzjoni fuq il-klabb
Klabb attwaliManchester United
Numru4
Mixtliet
2002–2009Blackburn Rovers
Karriera professjonali
SninKlabb
2009–2011Blackburn Rovers
2011–Manchester United
Tim nazzjonali
2010–2011Ingilterra U-21
2011–Ingilterra

Philip Anthony "Phil" Jones (twieled fil-21 ta' Frar 1992) huwa plejer tal-futbol Ingliż li jilgħab bħala difensur ma' Manchester United.

Imwieled ġewwa Preston, Lancashire, Jones issieħeb mal-ġovanili ta' Blackburn Rovers fl-2002. Hu ngħaqad mat-tim tal-klabb għall-istaġun 2009–10, fejn iffirma kuntratt ta' sentejn u ngħata l-flokk numru 28. L-ewwel logħba tiegħu ma' Blackburn kienet nhar it-22 ta' Settembru 2009, fil-konfront kontra Nottingham Forest mil-League Cup mirbuħ bl-iskor ta' 1–0. Fil-kampjonat għamel l-ewwel dehra tiegħu fil-pari ta' 1–1 ġewwa Ewood Park kontra Chelsea, fil-21 ta' Marzu 2010. Għall-istaġun 2010–11, Jones beda jilgħab f'nofs il-grawnd fejn sar pedina importanti tal-iskwadra sakemm sofra minn uġigħ f'irkopptejh kontra West Ham United f'Diċembru tal-2010 li kien mifhum li se tħallih barra mil-logħob għal ħames xhur.

Fi tmiem l-istaġun, kien hemm għajdut fuq l-interess ta' Manchester United fuq il-plejer u kien mifhum li kien diġà sar qbil f'Ġunju. Wara xniegħat li l-ftehim kien sfaxxa, nhar it-13 ta' Ġunju 2011 Manchester United uffiċjalizzaw l-akkwist ta' Jones.[1] Iddebutta nhar is-7 ta' Awwissu fil-Community Shield kontra Manchester City, meta United rebħu bl-iskor ta' 3–2 biex kisbu l-ewwel trofew tal-istaġun.

Klabb Staġun Kampjonat Tazza League Cup Ewropa Oħrajn Total
Preż Gowls Preż Gowls Preż Gowls Preż Gowls Preż Gowls Preż Gowls
Blackburn Rovers 2009–10 9 0 1 0 2 0 12 0
2010–11 26 0 0 0 2 0 28 0
Total 35 0 1 0 4 0 40 0
Manchester United 2011–12 29 1 1 0 1 0 9 1 1 0 41 2
2012–13 17 0 4 0 0 0 3 0 24 0
2013–14 1 0 0 0 0 0 0 0 1 0 2 0
Total 47 1 5 0 1 0 12 1 2 0 67 2
Total tal-karriera 81 1 6 0 5 0 12 1 22 0 107 2
  1. ^ "United seal Jones deal" (bl-Ingliż). Manchester United FC. 2011-05-13. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-06-16. Miġbur 2011-05-13.

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]