Ajruport ta' Istanbul
Ajruport ta' Istanbul (IATA: IST, ICAO: LTFM) (Tork: İstanbul Havalimanı) [1] huwa l-ajruport internazzjonali ewlieni li jservi lil Istanbul, it-Turkija. Huwa jinstab fid-distrett ta' Arnavutköy fuq in-naħa Ewropea tal-belt.
It-titjiriet kummerċjali kollha skedati tal-passiġġieri ġew trasferiti mill-Ajruport ta’ Istanbul Atatürk għall dak ta' l-Ajruport ta’ Istanbul fis-6 ta’ April, 2019 . Wara dan, l-Ajruport ta’ Istanbul Atatürk gie magħluq għal titjiriet skedati tal-passiġġieri. [2] Il-kodiċi tal-ajruport IATA IST ġie wkoll trasferit lejn l-ajruport il-ġdid. [3] Ladarba l-fażijiet kollha jitlestew sa nofs l-2020, l-ajruport ikun jista' jakkomoda 200 miljun passiġġier fis-sena. [4]
Storja
[immodifika | immodifika s-sors]Post
[immodifika | immodifika s-sors]Ġie deċiż li jinbena l-ajruport il-ġdid fl-intersezzjoni ta' toroq lejn Arnavutköy, Göktürk u Çatalca, fit-tramuntana ta' Istanbul ċentrali u bejn il-bliet tal-kosta tal-Baħar l-Iswed ta' Yeniköy, Tayakadın u Akpınar. Iż-żona hija reġjun ta' 7,659 hectares (18,930 acres) qrib Lag Terkos. Xi 6,172 hectares (15,250 acres) ta' din iż-żona kienet proprjetà tal-istat. Id-distanza bejn l-Ajruport ta' Istanbul u l-Ajruport ta' Atatürk hija ta' madwar 35 kilometres (22 mi). Iż-żona kienet tinkludi minjieri tal-faħam qodma, li aktar tard kienu mimlija bil-ħamrija. [5]
Kostruzzjoni
[immodifika | immodifika s-sors]Trasport bl-art
[immodifika | immodifika s-sors]Għalkemm bħalissa l-ajruport jaħdem mill-belt biss minn Havaist privata u xarabanks İETT pubbliċi, [6] eventwalment se jkun marbut b'żewġ linji tal-Metro Istanbul. Il-linja l-ġdida M11 li tibda mill-istazzjon Gayrettepe hija skedata li tiftaħ f'Awwissu 202. Ieħor minn Halkalı fuq il-linja ferrovjarja Marmaray huwa mistenni li jitlesta fl-2022. [7]
Il-ferrovija tal-linja ewlenija se tikkonnettja l-ajruport ma’ Halkalı, u bypass tal-belt li tgħaddi minn barra, minn fuq il-Pont Sultan Yavuz Selim madwar il-Bosporus u tikkonnettja man-netwerk tal-ferroviji Ażjatiċi f’Gebze.
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ Istanbul
- ^ Airport
- ^ Airport relocation
- ^ The Gurdian, Turkish Airlines
- ^ Istanbul Airport Tender
- ^ "Istanbul Transport". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2019-04-01. Miġbur 2020-05-09.
- ^ Istanbul Airport Metro