Giovanna Garzoni
Giovanna Garzoni (Ascoli Piceno, 1600 – Ruma, 1670) kienet pittriċi Taljan tas-seklu 17 tal-iskola Naplitana, li speċjalizzat fin-natura mejta.
Bijografija
[immodifika | immodifika s-sors]Giovanna Garzoni kienet pittriċi Taljana tal-epoka Barokka. Is-suġġetti tagħha kienu primarjament dekorattivi (naturi mejtin bil-frott, ħxejjex u fjuri). Il-formazzjoni tagħha ħaditha taħt pittur mhux magħruf minn belt twelidha, Ascoli Piceno. Malajr għamlet suċċess f'Ruma, Venezja, Firenze (1642–1651), Napli u Turin. Kienet imdaħħla maċ-ċirku Cassiano dal Pozzo. F'Turin kienet fis-servizz ta' Karlu Emmanwel II ta' Savojja. Fl-1650 marret lura u fl-1666, Garzoni ħalliet ġidha kollu lill-għaqda Rumana tal-pittura, l-Accademia di San Luca, bil-kundizzjoni li jibnulha qabar fil-knisja ta' Santi Luca e Martina. Dan il-qabar monumentali, iddisinjat minn Mattia de Rossi, jinsab fuq il-lemin meta tidħol fil-knisja.
X'aktarx f'Napli, kienet influwenzata min-natura mejta ta' Giovanni Battista Ruoppolo u tal-kontemporanji tagħha Jacopo Ligozzi u l-pittriċi Fede Galizia.
Xogħlijiet
[immodifika | immodifika s-sors]- Natura mewta b'skutella mimlija tronġ, tempera fuq it-tila, (1640)
- Ritratt ta' Amedeo I ta' Savojja
Biblijografija
[immodifika | immodifika s-sors]- Elena Fumagalli, Still Lifes - Giovanna Garzoni, Bibliothèque de l'Image, 2000, ISBN-10: 290980884X, ISBN-13: 978-2909808840
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Giovanna Garzoni |