Aqbeż għall-kontentut

Impjant Nukleari ta' Zaporizhzhia

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
L-Impjant Nukleari ta' Zaporizhzhia

L-Impjant Nukleari ta' Zaporizhzhia (bl-Ukren: Запорізька атомна електростанція, b'ittri Rumani: Zaporizʹka atomna elektrostantsiya) fix-Xlokk tal-Ukrajna huwa l-ikbar impjant nukleari fl-Ewropa u fost l-ikbar 10 fid-dinja. Kien inbena mill-Unjoni Sovjetika ħdejn il-belt ta' Enerhodar, tul ix-xatt tan-Nofsinhar tal-Ġibjun ta' Kakhovka fix-xmara Dnieper. Jitħaddem minn Energoatom, li topera wkoll it-tliet impjanti nukleari l-oħra tal-Ukrajna.

L-impjant għandu sitt reatturi nukleari VVER-1000, li jitħaddmu bl-uranju 235U (LEU)[1] u li jiġġeneraw 950 MWe, b'output totali ta' 5,700 MWe ta' enerġija.[2] L-ewwel ħames reatturi tqabbdu suċċessivament bejn l-1985 u l-1989, u s-sitt reattur żdied fl-1995. L-impjant jiġġenera kważi nofs l-elettriku tal-pajjiż mill-enerġija nukleari[3], u iżjed minn għoxrin fil-mija tal-elettriku totali ġġenerat fl-Ukrajna.[4] L-impjant termali ta' Zaporizhzhia jinsab fil-qrib.

Fl-4 ta' Marzu 2022, l-impjanti nukleari u termali ġew maħtufa mill-forzi Russi waqt il-Battalja ta' Enerhodar tal-invażjoni Russa tal-Ukrajna fl-2022.[5][6][7][8] Mit-12 ta' Marzu 2022 qed jiġi rrapportat li l-impjant huwa kkontrollat mill-kumpanija Russa Rosatom.[9] L-impjant qed jibqa' jitħaddem minn persunal Ukren taħt il-kontroll Russu.[10]

Stat operattiv

[immodifika | immodifika s-sors]

Fl-2017 tlesta xi xogħol ta' mmodernizzar fuq l-unità 3 li ppermetta estensjoni tal-ħajja tal-impjant ta' 10 snin sal-2027. Fl-2021 tlesta x-xogħol ta' mmodernizzar fuq l-unità 5 li wkoll ippermetta estensjoni tal-ħajja tal-impjant ta' 10 snin sal-2031.[11]

F'Mejju 2014, 40 membru armat li sostnew li kienu rappreżentanti tas-Settur tal-Lemin allegatament ippruvaw jiksbu aċċess għaż-żona tal-impjant nukleari.[12] L-irġiel twaqqfu mill-pulizija Ukrena qabel ma daħlu f'Enerhodar.

L-impjant nukleari ta' Zaporizhzhia jinsab madwar 200 kilometru 'l bogħod miż-żona tal-kunflitt tal-Gwerra fir-reġjun ta' Donbas, fejn il-ġlied ħrax ħafna fl-2014. Fil-31 ta' Awwissu 2014, membru tal-Greenpeace, Tobias Münchmeyer, esprima t-tħassib tiegħu li l-impjant seta' jintlaqat mill-artillerija minħabba l-ġlied fil-qrib.

Fit-3 ta' Diċembru 2014, il-Prim Ministru ta' dak iż-żmien Arseny Yatseniuk ħabbar li kien seħħ inċident diversi jiem qabel fl-Impjant Nukleari ta' Zaporizhzhia.[13] Il-kawża tal-inċident ġiet irrappurtata bħala ħsara fis-sistema tal-enerġija tal-impjant u ma kinitx marbuta mal-produzzjoni tas-sit.[14] Wieħed mis-sitt reatturi tal-impjant intefa' darbtejn f'Diċembru 2014. Dan, flimkien man-nuqqas ta' faħam għall-impjanti tal-Ukrajna li jaħdmu bil-faħam, wassal għal blackouts kontinwi fil-pajjiż kollu mill-bidu sal-aħħar ta' Diċembru 2014.[15]

Invażjoni Russa tal-Ukrajna fl-2022

[immodifika | immodifika s-sors]
Ritratt satellitari tal-impjant bl-annotazzjonijiet; 1-6.: ir-reatturi 1-6; 7: arbli tal-elettriku; 8: binja tat-taħriġ; 9. Ħżin tal-iskart radjuattiv; 10. Għadira tat-tberrid; 11. Torrijiet tat-tberrid; 12. Ġibjun ta' Kakhovka.

Wara l-bidu tal-invażjoni Russa tal-Ukrajna fl-24 ta' Frar 2022, Energoatom tfiet l-Unitajiet 5 u 6 biex tnaqqas ir-riskju, u ħalliet l-Unitajiet 1 sa 4 joperaw fil-25 ta' Frar 2022.[16]

Fil-11:28 ta' filgħaxija, ħin lokali, tat-3 ta' Marzu 2022, serbut ta' 10 vetturi armati Russi u żewġ tankijiet tal-gwerra saqu lejn l-impjant nukleari.[17][18] Il-ġlied beda f'00:48 billejl fl-4 ta' Marzu meta l-forzi tal-Ukrajna sparaw missili ta' kontra t-tankijiet tal-gwerra. Il-forzi Russi wieġbu b'varjetà ta' armi, inkluż granati bir-rokits. Matul bejn wieħed u ieħor sagħtejn ta' ġlied armat qawwi, kien hemm xi nirien f'faċilità tat-taħriġ ftit 'il barra mill-kumpless prinċipali, li ntefa sas-6:20 ta' filgħodu[19][20][21], għalkemm sezzjonijiet oħra madwar l-impjant ġarrbu ħsarat estensivi. In-nirien ma affettwawx is-sikurezza tar-reatturi jew xi tagħmir essenzjali. L-impjant tilef kapaċità ta' 1.3 GW ta' enerġija.[22]

L-Ukrayinska Pravda rrapportat fit-12 ta' Marzu li ġiet infurmata mill-awtoritajiet Russi li l-ġestjoni tal-impjant issa għaddiet f'idejn Rosatom, il-kumpanija statali Russa tal-enerġija nukleari. Kompliet topera u tforni d-data, inkluż minn sistema ta' monitoraġġ mill-bogħod, lill-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġika Atomika (IAEA).[23][24] L-impjant baqa' jopera b'persuna Ukren taħt il-kontroll Russu.[25]

Fil-5 ta' Lulju 2022, The Wall Street Journal irrapporta li l-forzi Russi ħejjew bażi militari fil-kumpless billi skjeraw lanċjatur awtomatiku li kapaċi jispara diversi rokits, il-BM-30 Smerch.[26] Fid-19 ta' Lulju 2022, tliet droni Ukreni attakkaw it-tagħmir u t-tined Russi fis-sit. Il-Ministru għad-Difiża tal-Ukrajna stqarr li tliet okkupanti Russi nqatlu u tnax indarbu. Ġie rrapportat li l-amministrazzjoni tal-okkupazzjoni sostniet li mill-inqas ħdax-il impjegat indarbu.[27] Uffiċjal tal-okkupazzjoni qal li r-reatturi ma ġarrbu l-ebda ħsara u li wisq probabbli ma kinux fil-mira tal-attakk.[28]

Fit-3 ta' Awwissu 2022, Rafael Grossi, il-kap tal-IAEA, esprima t-tħassib serju tiegħu dwar l-integrità fiżika tal-impjant, dwar jekk it-tiswijiet u l-manutenzjoni meħtieġa kinux qed isiru, u dwar is-sigurtà tal-materjal nukleari. Missjoni ta' spezzjoni tal-impjant ġiet ippjanata mill-IAEA, u qed tistenna l-approvazzjoni mill-Ukrajna u mir-Russja, kif ukoll l-awtorizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti (NU). Il-kumpanija statali Ukrena Energoatom opponiet żjara tal-IAEA minħabba li "kwalunkwe żjara tkun qed tilleġittima l-preżenza tar-Russja hemmhekk". Uffiċjal tal-okkupazzjoni Yevhen Balytskyi stieden lill-IAEA żżur l-impjant biex tara kif ir-Russi kienu qed jissalvagwardjaw il-faċilità filwaqt li l-Ukreni qed jattakkawha.[29] Sas-6 ta' Awwissu 2022, l-IAEA irrapportat li wieħed mit-tliet reatturi li kienu għadhom qed jitħaddmu, ma baqax ikkollegat mal-grilja, u skatta s-sistema ta' protezzjoni ta' emerġenza tiegħu minħabba xi sparar li seħħ il-jum ta' qabel.[30]

Fit-8 ta' Awwissu 2022 ġew irrapportati ħsarat fl-impjant. L-awtoritajiet Ukreni qalu li l-isparar tar-Russi kkawżaw ħsarat lil tliet sensuri tar-radjazzjoni u darbu lil ħaddiem li spiċċa l-isptar; il-President Ukren Volodymyr Zelenskyy akkuża lir-Russja li kienet qed toħloq "terrur nukleari". Awtoritajiet lokali appoġġati mir-Russi qalu li l-forzi Ukreni kienu laqtu s-sit b'lanċjatur li jispara diversi rokit f'daqqa, u kkawżaw ħsarat lil xi binjiet amministrattivi u f'żona qrib faċilità tal-ħżin nukleari. Is-Segretarju Ġenerali tan-NU António Guterres qal li "kwalunkwe attakk fuq impjant nukleari huwa att ta' suwiċidju", u appella biex l-ispetturi tal-IAEA jingħataw aċċess għas-sit.[31] Il-kumpanija statali Ukrena Energoatom appellat għal żona demilitarizzata madwar l-impjant bl-istazzjonar ta' uffiċjali internazzjonali għaż-żamma tal-paċi.[32]

Fid-9 ta' Awwissu 2022, il-kap ta' Energoatom qal li r-Russja qed tippjana li tneħħi l-kollegament tal-impjant minn mal-grilja Ukrena u minflok tikkollegah mal-grilja Russa.[33]

Fil-11 ta' Awwissu 2022, il-kumpless ġarrab attakki bl-isparar diversi drabi, inkluż qrib il-post fejn jinħażnu materjali radjoattivi. L-Ukrajna sostniet li r-Russja wettqet dawk l-attakki, filwaqt li uffiċjali Russi sostnew li l-Ukrajna wettqithom.[34][35]

Fl-14 ta' Awwissu 2022, Zelenskyy akkuża lir-Russja li stazzjonat truppi fl-impjant biex jattakkaw il-bliet ta' Nikopol u ta' Marhanets fuq in-naħa l-oħra tal-Ġibjun ta' Kakhovka.[36]

  1. ^ "Kosourov, E.; Pavlov, V.; Pavlovcev, A.; Spirkin, E. (2003), Improved VVER-1000 fuel cycle (PDF), Moska, Russja: RRC Kurchatov Institute" (PDF).
  2. ^ "nuclear-lt-ua". archive.ph. 2012-12-09. Miġbur 2022-08-17.
  3. ^ "Zaporozhe 3 enters next 10 years of operation". web.archive.org. 2017-11-07. Arkivjat mill-oriġinal fl-2017-11-07. Miġbur 2022-08-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  4. ^ "SS "Zaporizhzhia NPP" | Energoatom". web.archive.org. 2020-10-27. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2020-10-27. Miġbur 2022-08-17.
  5. ^ "Russian forces seize huge Ukrainian nuclear plant, fire extinguished | Reuters". web.archive.org. 2022-03-04. Arkivjat mill-oriġinal fl-2022-03-04. Miġbur 2022-08-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  6. ^ "Zaporizhzhia Nuclear Power Plant on Fire After Russia Shelling in Ukr…". archive.ph. 2022-03-04. Miġbur 2022-08-17.
  7. ^ "Russian troops attack Europe's largest power plant in Ukraine, sparking fire: officials - National | Globalnews.ca". web.archive.org. 2022-03-04. Arkivjat mill-oriġinal fl-2022-03-04. Miġbur 2022-08-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  8. ^ "Russia Ukraine War: Russia Seizes Ukraine Nuclear Plant Hours After Attack: 10 Points". web.archive.org. 2022-03-04. Arkivjat mill-oriġinal fl-2022-03-04. Miġbur 2022-08-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  9. ^ "Invaders seize Zaporizhzhia power plant and claims it is part of Rosatom". Ukrayinska Pravda (bl-Ingliż). Miġbur 2022-08-17.
  10. ^ "UN nuclear chief: Ukraine nuclear plant is `out of control'". AP NEWS (bl-Ingliż). 2022-08-03. Miġbur 2022-08-17.
  11. ^ "Energoatom marks life extension of Ukraine's Zaporozhye 5 - Nuclear Engineering International". web.archive.org. 2021-10-19. Arkivjat mill-oriġinal fl-2021-10-19. Miġbur 2022-08-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  12. ^ "Охорона ЗАЕС заблокувала групу озброєних осіб | УКРІНФОРМ". web.archive.org. 2014-07-21. Arkivjat mill-oriġinal fl-2014-07-21. Miġbur 2022-08-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  13. ^ "Accident Occurred At Ukraine Nuclear Power Plant, But Poses No Danger: Govt". web.archive.org. 2014-12-03. Arkivjat mill-oriġinal fl-2014-12-03. Miġbur 2022-08-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  14. ^ "Ukraine energy minister says 'no threat' from accident at nuclear plant | Reuters". web.archive.org. 2016-06-30. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-06-30. Miġbur 2022-08-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  15. ^ "Ukraine turns off reactor at its most powerful nuclear plant after 'accident' | The Independent". web.archive.org. 2017-10-19. Arkivjat mill-oriġinal fl-2017-10-19. Miġbur 2022-08-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  16. ^ "Ukraine / Energoatom Shuts Down Zaporozhye-5 And -6 As Rest Of Fleet Remains Safe And Operational :: NucNet | The Independent Nuclear News Agency". web.archive.org. 2022-02-25. Arkivjat mill-oriġinal fl-2022-02-25. Miġbur 2022-08-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  17. ^ "Video analysis reveals Russian attack on Ukrainian nuclear plant veered near disaster" (bl-Ingliż). Miġbur 2022-08-17.
  18. ^ "Security Council debates Russian strike on Ukraine nuclear power plant". UN News (bl-Ingliż). 2022-03-04. Miġbur 2022-08-17.
  19. ^ "Zaporizhzhia nuclear power plant attack: All you need to know". www.aljazeera.com (bl-Ingliż). Miġbur 2022-08-17.
  20. ^ "Update on the human rights situation in Ukraine (Reporting period: 24 February – 26 March) United Nations Human Rights Monitoring Mission in Ukraine" (PDF).
  21. ^ "As Putin Threatens Nuclear Disaster, Europe Learns to Embrace Nuclear Energy Again". Time (bl-Ingliż). Miġbur 2022-08-17.
  22. ^ "TPP compensates for the shutdown of Zaporizhzhya NPP". energo.dtek.com. Miġbur 2022-08-17.
  23. ^ "IAEA appeal after shelling and fire at Zaporozhe : Regulation & Safety - World Nuclear News". www.world-nuclear-news.org. Miġbur 2022-08-17.
  24. ^ "IAEA Director General Grossi's Initiative to Travel to Ukraine". www.iaea.org (bl-Ingliż). 2022-03-04. Miġbur 2022-08-17.
  25. ^ "Ukraine says any IAEA visit to occupied Zaporizhzhia 'unacceptable' : Regulation & Safety - World Nuclear News". www.world-nuclear-news.org. Miġbur 2022-08-17.
  26. ^ "Russian Army Turns Ukraine's Largest Nuclear Plant Into a Military Ba…". archive.ph. 2022-07-05. Miġbur 2022-08-17.
  27. ^ "Ukrainian kamikaze drone hits Russian positions near Zaporizhia NPP". www.ukrinform.net (bl-Ingliż). Miġbur 2022-08-17.
  28. ^ Vasilyeva, Nataliya (2022-07-20). "'Kamikaze drones' strike Russian-controlled Zaporizhzhia nuclear power plant" (bl-Ingliż). Miġbur 2022-08-17.
  29. ^ "Ukraine war: IAEA says Zaporizhzhia nuclear plant out of control" (bl-Ingliż). 2022-08-03. Miġbur 2022-08-17.
  30. ^ "Update 88 – IAEA Director General Statement on Situation in Ukraine". www.iaea.org (bl-Ingliż). 2022-08-06. Miġbur 2022-08-17.
  31. ^ "Attack on Ukraine nuclear plant 'suicidal', says UN chief as he urges access to site". the Guardian (bl-Ingliż). 2022-08-08. Miġbur 2022-08-17.
  32. ^ Zinets, Natalia; Hunder, Max (2022-08-08). "Ukraine, Russia trade blame for nuclear plant shelling amid global alarm" (bl-Ingliż). Miġbur 2022-08-17.
  33. ^ "Russia to connect Zaporizhzhia NPP to Russian-controlled power grid in Crimea". Ukrainska Pravda (bl-Ingliż). Miġbur 2022-08-17.
  34. ^ Reuters (2022-08-11). "Ukraine, Russia blame each other for shelling of nuclear plant" (bl-Ingliż). Miġbur 2022-08-17.
  35. ^ "Росіяни 4 рази за день обстріляли ЗАЕС і околиці – Енергоатом". www.pravda.com.ua. Miġbur 2022-08-17.
  36. ^ "Zelensky accuses Russian soldiers of staging attacks from Zaporizhzhia nuclear plant". France 24 (bl-Ingliż). 2022-08-14. Miġbur 2022-08-17.