Lamantin Amazoniku
Lamantin Amazoniku | |
---|---|
Lamantin Amazoniku Trichechus inunguis | |
Klassifikazzjoni xjentifika | |
Renju: | Animalia |
Phylum: | Chordata |
Klassi: | Mammalia |
Sottoklassi: | Theria |
Infraklassi: | Eutheria |
Ordni: | Sirenia |
Familja: | Trichechidae Gill, 1872 |
Ġeneru: | Trichechus Linnaeus, 1758 |
Speċi: | T.inunguis |
Isem binominali | |
Trichechus inunguis |
Il-Lamantin Amazoniku huwa 1 minn 3 speċi ta' mammiferi plaċentati erbivori kbar tal-ilma, mill-familja Trichechidae fil-ġeneru Trichechus magħruf ukoll bħala baqra tal-baħar jew bl-isem ta' "manati" kelma Spanjola li ġejja mill-Karibew li tfisser "sider" ta' mara.
Il-lamantin Amazoniku għandu ġilda skura lewn il-kannella fl-iswed u huwa l-iżgħar u l-irqaq fost it-3 speċi li jeżistu, b'tul massimu ta' 2.8 metri u jiżen minn 350 kilogramm sa 500 kilogramm. Dan il-lamantin faċilment jintgħaraf mit-2 l-oħra bin-nuqqas ta' dwiefer fuq l-idejn ta' quddiem (infatti l-isem latin ta' dan il-mammiferu T.inunguis ifisser eżattament "bla dwiefer") u mit-teba kbira bajdanija fir-roża fuq iż-żaqq li l-lamantini l-oħra ma għandhomx.
Dieta
[immodifika | immodifika s-sors]Il-Lamantin Amazoniku huwa mammiferu erbivoru magħmar esklużivament bi snien uniċi fost il-mammiferi, dawn jiġu mibdula l-ħin kollu b'numru infinit tul ħajtu kollha. Id-dras ġodda jikbru fuq in-naħa ta' wara tal-ħalq u jinbuttaw dejjem 'il quddiem sakemm jieħdu post is-snien qodma fuq quddiem. Dan il-mammiferu jiekol ħafna speċi ta' algi, pjanti u veġetazzjoni tal-ilma. Lamantin Amazoniku adult fl-istaġun tax-xita normalment jiekol sa 8% tal-piż ta' ġismu f'veġetazzjoni kuljum, waqt li fl-istaġun ix-xott minħabba nuqqas ta' veġetazjoni dan ikollu ma jiekolx għal ġimgħat sħaħ. Madankollu l-lamantin għandu depożiti kbar ta' xaħam u metaboliżmu baxx ħafna (terz ta' mammiferi oħra ta' l-istess daqs) li jżommuh ħaj sakemm is-sitwazzjoni tiġi għan-normal.
Distribuzzjoni
[immodifika | immodifika s-sors]Il-Lamantin Amazoniku Trichechus inunguis kif jgħid l-isem komuni, mifrux f'bosta xmajjar b-ilma kalm fil-foresta Amazonika tal-Brażil, Kolombja, Ekwador, Gujana u Peru.
Riproduzjoni
[immodifika | immodifika s-sors]Għoġol 1 (rarament 2) jitwieled wara tqala ta' bejn wieħed u ieħor 13-il xagħar, dan jibqa dipendenti fuq l-omm għal tul ta' żmien twil, b'hekk iż-żmien bejn it-twelied ta' għoġol u ieħor jieħu il-fuq minn 3 snien u nofs, rata ta' riproduzjoni verament baxxa. Il-maturita sesswali tintlaħħaq fl-eta ta' bejn 5 u 6 snien pero kemm hi twila il-ħajja ta' lamantin Amazoniku għadhu mhux magħruf.
Klassifikazzjoni
[immodifika | immodifika s-sors]Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- Shoshani, Jeheskel (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, 93. ISBN 0-801-88221-4.
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]- Bagheera An educational website of Earth's endangered animals
- https://web.archive.org/web/20070326014800/http://www.geocities.com/philgarringer/St_Lawrence_manatee.html A website dedicated to protecting the Northern Manatee
- http://cars.er.usgs.gov/pics/manatee/manatee.html USGS gallery on manatees, also depicting habitats close to power plants